Ċelebrazzjoni tal-Unjoni Ċivili
Dawk minnha li ghadhom jixxennqu ghall-ugwaljanza bejn is-sessi nafu sewwa li l-movimenti femministi fl-istorja dejjem taw appogg shih lill-movimenti socjali ohra, specjalment dawk li hadmu favur il-jeddijiet tal-minoran
Ir-rata ta’ kif qeghda tigi ttrasformata s-socjetà taghna spiss tahsad lil bosta minna li wasalna fil- mezz’eta. Zgur li f’zghozitna ma konniex noholmu li ghad jasal jum fejn koppji tal-istess sess jinghataw dritt jifformaw familja. Mhux ta’ b’xejn id-dmugh ta’ ferh li xerrdu whud minn dawk li honqu Pjazza San Gorg nhar it-Tnejn 14 t’April.
Fost dawk li gew fil-pjazza kien hemm min ilu ghexieren ta’ snin jghix f’rabtiet stabbli: Investew fir-relazzjoni u fid-dar taghhom u whud qeghdin irabbu wlied flimkien taht saqaf wiehed. Izda ghall-istat Malti s’issa dawn ma kienux jezistu; la kellhom drittijiet u lanqas obbligi. Il-ligi tal-unjoni civili ma gabitx biss id-dritt ghall-koppji tal-istess sess biex jaghmlu ‘tieg’ imma jistghu wkoll irabbu flimkien; Fuq kollox ghandhom serhan il-mohh li jistghu jiehdu hsieb xulxin fis-sahha u fil-mard ... u meta mbaghad jasal il-waqt, jistghu jirtu lil xulxin.
Fix-xhur li gejjin nistennew mewga ta’ cerimonji min-nies li ilhom tant imxennqa biex formalment jiehdu l-istat taghhom. Kien ghalhekk li ma stajtx nonqos milli nuri solidarjetà u rispett lejn il-hbieb tieghi li minn issa se jgawdu l-istess drittijiet li ngawdi jien.
“Imma x’fettilek int, mara bhalek tmur qalb dawk il-gays kollha?” kien hemm min staqsa kwazi skandalizzat, wara li dehert niccelebra f’wiehed mir-ritratti tal-gurnali. Kien hemm min jinbex lis-sieheb tieghi biex jara jekk jien kontx “hrabtlu ma’ xi mara,” waqt li xi qraba bdew jistaqsu jekk kontx ghamilt “xi praspura”. Dawn ir-reazzjonijiet wassluni biex ghal ftit waqtiet biss nesperjenza il-pregudizzji reali li jsibu ma’ wicchom persuni LGBT fil-hajja ta’ kuljum.
Mort hemm niccelebra t-tishih tal-jeddijiet civili f’pajjizi b’determinazzjoni ghaliex waqt li sentejn ilu Malta kienet ta’ qabel tal-ahhar li ntroduciet id-dritt tad-divorzju, illum ninsabu t-tlettax–il pajjiz fid-dinja fejn nirrikonoxxu l-jedd ta’ persuna li taghzel li tifforma koppja ma’ xi hadd tal-istess sess.
Dawk minnha li ghadhom jixxennqu ghall-ugwaljanza bejn is-sessi nafu sewwa li l-movimenti femministi fl-istorja dejjem taw appogg shih lill-movimenti socjali ohra, specjalment dawk li hadmu favur il-jeddijiet tal-minoranzi. Sa mill-bidu nett kont issib lis-suffragettes fl-Istati Uniti u r-Renju Unit jahdmu ma’ min ried jabolixxi l-iskjavitu’ tas-suwed. Minn dak iz-zmien sal-lum qatt m’izolajna l-avvanz tal-mara mid-drittijiet civili ta’ persuni ohra, fosthom dawk LGBT, minoranza etnici jew razzjali.
Iccelebrajt ukoll li pajjizna ghamel pass iehor boghod minn stat konfessjonali biex insiru aktar sekulari. Nirrispetta l-obbligu tal-Knisja f’Malta li tiggwida lis-segwaci taghha, izda l-istat irid jillegisla ghac-cittadini kollha. Nirrispetta li l-Knisja ghazlet li tibqa pjuttost kawta. Certa li fi hdanha kien hemm min xtaq krucjata li tixbah lil dik tal-pastor Manche’. Izda l-isqfijiet ma waqghux f’din it-tentazzjoni akkost li whud mill-fidili ghazlu li jimmarcjaw wara dan il-predikatur imharreg sewwa fi proslitazzjoni tipika tal-Bible belt Amerikan.
Waqt li f’Malta ghad ma ddiskutejna kwazi xejn dwar liema mudell ta’ sekularizzazzjoni nixtiequ nadottaw, dan certament kien pass sinjifikanti f’din id-direzzjoni.
Meta xi 13–il sena ilu Sandro Mangion u shabu waqqfu l-Malta Gay Rights Movement (MGRM), lanqas nies ohra attivi bil-kwiet fost il-komunita gay, ma kienu jobsru li dan il-Moviment kien biz-zmien se jikber u jsir forza sinjifikanti fis-socjetà taghna. Il-koordinatrici tal-lum tal-MGRM Gaby Calleja issa ilha snin twal timxi b’pass determinat izda b’hafna ghaqal, biex wasalna ghal rebha importanti ghas-socjeta civili f’pajjizna. Hija rnexxilha tinstiga bidla favur minoranza b’ligi li mhux popolari mal-maggoranza.
Kull bidla socjali mportanti issir permezz ta’ pressjoni minn taht, izda biex tirnexxi, jrid ikun hemm ukoll rieda tajba u sens ta’ tmexxija minn fuq. Il-ligi dwar l-unjoni civili kienet imbuttata b’mod car mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Ma kienetx ligi sorpriza. Kienet proposta cara fil-programm elettorali tal-partit fil-gvern u kien ghalhekk li seta’ jzomm ir-ranks kollha tal-Partit Laburista maghqudin warajh. Ilkoll kienu jafu li din kienet weghda ewlenija, anke dawk li ma kienux wisq entuzjazmati dwarha. Ikollna nghidu hawnhekk li kien hemm bosta drabi fejn xi kritici akkuzaw lil Muscat li huwa politiku populista, izda f’dan il-kaz wera hila jmur kontra l-kurreni kif ukoll sens ta’ leadership li se jhalli mpatt pozittiv biex tinbidel il-mentalita ta’ socjetà shiha.
Kien hemm hafna x’tixtarr fir-reazzjoni tan-nies li kienu fil-pjazza waqt li bdew hergin il-membri parlamentari Nazzjonalisti mill-Parlament, wara li astjenew ilkoll f’daqqa fil-vot dwar l-Unjoni Civili. Bosta min-nies prezenti kien jinhass li kontra qalbhom kienu qeghdin jibbuwjaw lill-Partit li tradizzjonalment kienu jappoggjawh. Kien hemm sens ta’ dizappunt taqtghu b’sikkina. Il-proposta ghal bidla fil-kostituzzjoni imressqa mill-MP Claudette Buttigieg seta’ kellha impatt mill-aktar pozittiv ghall-PN li kieku n-naha tal-Oppozizzjoni thalliet tivvota b’mod hieles. Minflok, dawk il-membri parlamentari Nazzjonalisti li genwinament ghandhom sentimenti liberali, hargu b’rashom baxxuta. Sincerament hassejt ghal dawn in-nies li ghalkemm mhux dejjem naqblu, imma naf li jixirqilhom ahjar. Irrid inzid li meta hargu individwi specifici, l-pjazza ridithom jisthu u qamet tghajjat f’daqqa: “Shame on you!”
L-unjoni civili kienet ligi politikament kuraggjuza u fl-istess hin riskjuza. Waqt li t-triq hija iebsa u bosta ghad ma fehmux, jew ma jridux jaccettaw, li kien hemm htiega nintilfu niggieldu ghall-jeddijiet ta’ minoranza LGBT, nhoss li din il-gimgha sirna aktar nies ghaliex pajjizna evolva u sar aktar inklussiv. Nemmen ukoll li illum ninsabu f’pozizzjoni ahjar li nitkellmu dwar tishih tal-familja fil-varjetajiet kollha taghha, kif hija tassew manifestata fis-socjetà Maltija.